BIR-RITRATTI: Żewġ karozzi jinħarqu f’żewġ każijiet separati – One News

Notifiki

BIR-RITRATTI: Żewġ karozzi jinħarqu f’żewġ każijiet separati


Karozza tat-tip Lexus inqerdet għal kollox wara li nħakmet minn nirien f’Marsascala. In-nirien intfew fi ftit minuti minn membri tal-Protezzjoni Ċivili li ġew imsejħa fuq il-post. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-03:00 filgħodu fi Triq il-Qaliet Marsascala.

Madwar sagħtejn wara il-membri tal-Protezzjoni Ċivili reġgħu ġew imsejħa sabiex jitfu nirien li ħakmu vettura tat-tip Suzuki Jimni Triq l-Iskola f’Ħaż-Żabbar. Filwaqt li l-ħaddiema tat-tifi tan-nar mill-istazzjon ta’ Kordin waslu fi ftit minuti mindu daħal ir-rapport, karozza oħra tat-tip Ford Fiesta u binja li kienet tinsab biswit in-nirien ġarrbu wkoll xi ħsarat.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei minnbba li xi persuni belgħu xi dħaħen. Iżda ħadd ma weġġa’ gravi.

Iż-żewġ każijiet qed jiġu investigati mill-Pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend