BIL-FILMAT: Jipproponi wara ż-żifna fl-isfilata tal-Karnival – One News

BIL-FILMAT: Jipproponi wara ż-żifna fl-isfilata tal-Karnival


Matul il-jum tal-Ħadd taħt xemx tiżreġ fil-Belt Valletta eluf kbar ta’ familji u turisti ħonqu t-toroq tal-kapitali sabiex jiċċelebraw il-Karnival.

Għal sena oħra mijiet kbar ta’ dilettanti tal-Karnival minn għexieren ta’ kumpaniji tal-karnival tellgħu diversi żifniet ma’ mużika ferriħija fl-isfond tal-karrijiet trijonfali tagħhom ġewwa pjazza San Ġorġ.

Fl-isfond ta’ dan ir-renju tal-bluha kien hemm mument li ġab miegħu aktar serjetà meta ż-żeffien Brendan Farrugia mill-kumpanija tal-Beqqu u Stiefnu ppropona lit-tfajla tiegħu Yanika Micallef.

Malli l-karru tagħhom bit-tema Ali Karnivalata xiref fil-pjazza ta’ quddiem il-Qorti, Farrugia dlonk niżel għarkobbtejh u ppropona lill-imħabba ta’ ħajtu fl-isfond taċ-ċapċip u ferħ tad-dilettanti sħabhom li kienu ilhom sigħat twal jistennew l-iva ta’ Yanika Micallef.

F’kumment li taw lill-ONE News viżibbilment emozzjonati l-koppja stqarrew l-imhabba tagħhom għal xulxin u kif ukoll għal karnival.

Matul il-ġurnata tal-Ħadd il-kumpaniji taż-żfin u karrijiet daru mad-dawra tal-Belt u taw il-wirja tagħhom fl-isfilata ġewwa l-pjazza.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *