Wirja b’minjaturi differenti – One News

Wirja b’minjaturi differenti

Fil-bidu ta’ Lulju li ġej, madwar tletin membru fi ħdan l-għaqda Maltija tal-iscale modellers se jirrappreżentaw lil Malta fil-World Expo tal-minjaturi f’Eindhoven fl-Olanda.

Dawn il-parteċipanti se jikkompetu ma’ madwar 5,000 parteċipant ieħor minn madwar id-dinja li bħalhom għandhom dan il-passatemp li jitloba ħafna reqqa u riċerka.

“Din issir kull tlett snin u tinvolvi, qisha l-World Cup tsal-modelling. Ħa nitilgħu, ħa nkunu madwar 30 membru mill-għaqda tagħna u ħa nikkompetu f’din il-kompetizzjoni, fejn qabel fil-passat ħriġna bl-unuri għal Malta”

F’din il-kompetizzjoni l-parteċipanti Maltin jinqasmu f’għadd ta’ kategoriji skont il-mudelli esebiti li jixhdu livell għoli u kapaċità kbira għad-dettall.

It-tħejjija għal dawn il-kompetizzjoni ilhom għaddejjin. Cassar jgħid li ta’ kull ġimgħa l-għaqda tlaqqa’ lill-membri biex jiddiskutu l-mudelli li jkunu qegħdin jaħdmu.

“Aħna bħala għaqda niltaqgħu darba fil-ġimgħa, inġibu l-mudelli magħna; working in process, niddiskutu l-mudelli, nagħtu l-pariri lil xulxin, ikun hemm forsi xi riċerka, xi ħadd ikun diġà għamel dak il-mudell u niddiskutu affarijiet hekk relatati mal-mudelli u dawn l-affarijiet li pjannajna li ntellgħu magħna”

Uħud minn dawn il-mudelli jinsabu esebiti fil-wrija annwali li ttella’ l-għqda fil-Mużew Marittimu fil-Birgu.

Din il-wirja hija maqsuma f’sitt kategoriji fosthom mudelli ta’ ajruplani, vapuri, tankijiet tal-gwerra, vetturi, xeni u figurini. Mudelli b’għajn tad-dettall minn diletanti li b’paċenzija kbira jinbnuhom bi preċiżjoni kbira.

Is-Sur Cassar qal li l-pubbliku li se jattendi għall-wirja se jkun jista’ jara lill-membri jibnu l-mudelli tagħhom.

Din il-wirja se tkun miftuħa sat-Tlieta li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend