Tfajjel jikteb ittra lil Klopp biex Liverpool jieqfu jirbħu – One News

Tfajjel jikteb ittra lil Klopp biex Liverpool jieqfu jirbħu

Daragh Curley, tfajjel ta’ 10 snin kiteb ittra lil kowċ ta’ Liverpool, Jurgen Klopp sabiex Liverpool jieqfu jerbħu. It-tfajjel li jżomm mat-tim ta’ Manchester United, fl-ittra lil Klopp semma’ l-fatt li jekk jerbħu disa’ logħbiet oħra, se jkunu l-aktar tim Ingliż fl-istorja li qatt rebaħ logħob konsekuttivi.

Klopp wieġeb lil Curley u qalu li dak li talbu ma jistax isir, iżda nnota kif fil-futbol ir-rotta ddur u maż-żmien Liverpool se jitilfu xi logħob. Il-kowċ ta’ Liverpool qal lit-tfajjel li minkejja li żewġ timijiet huma rivali kbar, xorta waħda jirrispettaw lil xulxin.

B’reazzjoni għal dan il-klabb ta’ Manchester United stieden lil Daragh u l-familja tiegħu ġewwa Old Trafford. Il-klabb minn Manchester qal li huwa kburi li għandu sapporters bħalu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend