L-ewwel vittma tal-Coronavirus fl-Italja – One News

L-ewwel vittma tal-Coronavirus fl-Italja

Raġel ta’ tmienja u sebgħin sena huwa l-ewwel persuna li tilef ħajtu kawża tal-Corona virus fl-Italja.Qed ikun irraportat li l-ewwel vittma tal-virus fl-Italja huwa Adriano Trevisan, sid ta’ kumpanija tal-kostruzzjoni, li kien ikkonfermat bħala wieħed mit-tmintax il-każ ta’ coronavirus fil-pajjiż.

Jidher li l-ewwel każ ta’ dan il-virus fl-Italja feġġ fuq raġel ta’ tmienja u tletin sena minn Codogno u huwa mifhum li dan ħa l-virus minn ħabib tiegħu li kien għadu kif jirritorna miċ-Ċina f’Jannar li għadda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend