Kuluri u atmosfera ta’ ferħ għall-Karnival  – One News

Kuluri u atmosfera ta’ ferħ għall-Karnival 

Żgur li d-dilettanti tal-karnival qamu lkoll ferħana hekk kif it-temp ippermetta u dak li ilhom jippreparaw għalih xhur qed jitgawda bl-aqwa mod minn eluf ta’ Maltin b’mod speċjali ċ-ċkejknin.

Sa minn kmieni filgħodu, is-Sibt bosta rħewla lejn il-kapitali Maltija li tinsab iddominata minn festa ta’ kuluri.

Il-briju li jġib miegħu l-karnival inħass mid-daħla tal-belt u kull min għadda minn Triq ir-Repubblika kien akkumpanjat b’mużika brijuża li bla ma trid iġġiegħlek tisfen magħha.

It-tfal kienu ħerqana biex igawdu dawn il-jiem lebsin il-kostum li jirrapreżenta l-karattru favorit tagħhom, jew uniformi ta’ karrieri li jħarsu lejhom b’passjoni u jaspirawhom għall-futur.

Il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet intlaħqu fi Pjazza San Ġorġ; bl-ispettaklu tal-parata tradizzjonali. Kienu bosta ż-żeffiena li bla ma trid jiġbdu l-attenzjoni minħabba d-detall fil-kostum elaborat tagħhom.

B’sens ta’ kurżita, staqsejnihom jekk hux komdu.

Kien hemm ukoll grupp ta’ buffi li xtaqu jgħaddu messaġġ għal dawn il-jiem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *