Illejla se tittella’ parti oħra mill-pont fil-Blata l-Bajda – One News

Illejla se tittella’ parti oħra mill-pont fil-Blata l-Bajda

Illejla, l-aġenzija Infrastruttura Malta se tkompli x-xogħol fuq il-pont pedonali ġewwa l-Blata l-Bajda.

F’kitba fuq Facebook, l-aġenzija qalet li meta possibli, l-għeluq ta’ toroq ewlenin isir bil-lejl.

Dan il-pont il-ġdid tal-ħadid b’disinn għat-tond se jaqsam minn fuq Triq San Ġorġ Preca, ħdejn il-kappella tas-soċjetà tal-MUSEUM, biex jgħaqqad Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun mal-Marsa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend