Huwa ironiku kif il-Kap tal-Oppożizzjoni jrid jiddetta l-aġenda politika tal-Gvern meta fl-istess waqt, jaħrab minn deċiżjonijiet li bi dmir għandu jieħu.
Eżempju ċar huwa l-ġħażla tar-regolatur tal-programm għaċ-Ċittadinanza b’Investiment fejn l-istess Adrian Delia għażel li lanqas biss ikun konsultat.
Dan kollu fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista, li sal-lum, teżisti konfużjoni f’min qed jieħu d-deċiżjonijiet f’isem il-partit minkejja li jagħtu l-impressjoni li kollox ward u żahar.