Għaddej ġmielu x-xogħol fuq it-tiswija tal-interconnector – One News

Għaddej ġmielu x-xogħol fuq it-tiswija tal-interconnector

Fi stqarrija, l-Enemalta qalet li x-xogħlijiet fuq it-tiswija tal-interconnector beda u għaddej ġmielu.

Ix-xogħol beda fin-naħa t’isfel tal-cable u komplew fuq in-naħa ta’ fuq biex imbagħad ikun baqa’ biss l-aħħar fażi tat-tiswijiet.

Il-kumpanija qalet kif dan ix-xogħol bejn sema u ilma ilu għaddej mit-Tnejn filgħodu, b’xogħolijiet li qed isiru erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Fl-istqarrija, l-Enemalta nnutat kif s’issa kien hemm biss ftit sigħat li fihom waqfet minħabba kundizzjonijiet ħżiena tat-temp.

Il-kumpanija qalet kif max-xogħlijiet li għaddejjin minn fuq iż-żewġ bastimenti: ASSO Atlanti u Ariande, qed isir xogħol ieħor minn fuq l-art fil-Magħtab u f’Ragusa biex tiffaċilita l-operazzjonijiet fil-baħar u bħala preparazzjoniji għall-ewwel fażi ta’ ttestjar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend