Aħwa jerġgħu jiltaqgħu flimkien wara 47 sena – One News

Aħwa jerġgħu jiltaqgħu flimkien wara 47 sena

Fil-Kambodja, żewġt aħwa reġgħu ngħaqdu flimkien wara 47 sena. Bun Sen ta’ 98 sena u Bun Chea ta’ 101 sena ltaqgħu l-aħħar fl-1973, sentejn qabel ir-regim kommunista ta’ Pol Pot ħa t-tmum tal-pajjiż.

Huwa maħsub li matul ir-reġim Kommunista inqatlu aktar minn 2 miljun persuna. Matul dan iż-żmien, ħafna familji nfirdu, hekk kif ħafna tfal ittieħdu mill-ġenituri tagħhom sabiex jingħaqdu mal-armata tal-pajjiż.

Bun Sen spiċċat armla wara li tilfet lil żewġha taħt it-tmexxija ta’ Pol Pot u marret tgħix fil-miżbla ta’ Stung Meanchey fil-kapitali, Phnom Penh. Għal żmien twil, hija għexet tqelleb fiż-żibel sabiex tfittex l-affarijiet biex tbiegħ u tkun tista’ tmantni lil uliedha.

Ix-xewqa ta’ Sen dejjem kienet li terġa żżur il-provinċja ta’ Kampong Cham, fejn kienet tgħix mal-familja tagħha meta kienet żgħira. Iżda numru ta’ fatturi waqqafha milli tagħmel dan, l-età tagħha u li ma kelliex l-abilità li timxi fit-tul.

Għaqda non-governattiva fil-lokal ilha tgħin lil Bun Sen mill-2004 sabiex taqta’ xewqtha u terġa tmur fil-provinċja fejn kienet tgħix. Hija kienet b’qalbha maqtugħa li din il-ħolma ssir u tiltaqa’ m’oħtha l-kbira, peress li kienet ħasbet li mietet.

Bun Sen u oħtha Bun Chea qed igawdu dan il-ħin flimkien billi jduru l-provinċja fejn kienu għexu meta kienu iżgħar u l-kapitali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend