Titjib qawwi fil-fiduċja fl-oqsma tal-bejgħ u s-servizzi – One News

Notifiki

Titjib qawwi fil-fiduċja fl-oqsma tal-bejgħ u s-servizzi

L-aħħar indiċi tal-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar il-kundizzjonijiet tan-negozju f’Malta għal Jannar wera titjib qawwi fil-fiduċja fis-settur tal-bejgħ u s-servizzi.

L-indiċi li jkejjel l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna li s-sitwazzjoni ekonomika f’Malta baqgħet qrib il-medja storika.

Żied li l‑Indikatur tas‑Sentiment Ekonomiku tal‑Kummissjoni Ewropea baqa’ taħt il‑livell tiegħu tas‑sena ta’ qabel, iżda żdied b’mod qawwi, u rkupra l‑biċċa l‑kbira tat‑tnaqqis li kien irreġistrat f’Diċembru.

L‑Aġġornament Ekonomiku rrapporta wkoll tkabbir annwali sinifikanti fl-għadd ta’ wasliet ta’ turisti u fl‑infiq tagħhom f’Diċembru.

Innota wkoll żieda b’ritmu aktar mgħaġġel fil‑produzzjoni industrijali u l‑volum tal‑bejgħ bl‑imnut

Qal li l‑kundizzjonijiet fis‑suq tax‑xogħol komplew ikunu favorevoli bir‑rata tal‑qgħad niżlet għal 3.4%.

Fl-istess waqt l-għadd ta’ persuni impjegati kompla jikber b’mod qawwi u tela’ b’5.2% f’Awwissu 2019.

Ir‑rata tal‑inflazzjoni bbażata fuq l‑Indiċi tal‑Prezzijiet bl‑Imnut, li huwa l‑kejl l-aktar relevanti tal‑inflazzjoni fil‑prezzijiet għall‑konsum domestiku, immoderat għal 1.2%.

Mill-analiżi tal-iżivluppi finanzjarji, il-Bank Ċentrali qal li f’Novembru kien irreġistrat tnaqqis fl‑iżbilanċ fil‑Fond Konsolidat, meta mqabbel mal‑istess xahar fl‑2018. Madankollu, qal li d‑dejn tal‑Gvern għalaq ix‑xahar f’livell ogħla meta mqabbel ma’ Ottubru 2019, wara ħarġa ġdida ta’ Stokks tal‑Gvern ta’ Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend