Ngħallmu lit-tfal dwar it-tradizzjoni u l-kultura minn età żgħira – One News

Ngħallmu lit-tfal dwar it-tradizzjoni u l-kultura minn età żgħira

Il-Kulleġġ San Benedittu, Skola Primarja Ħal Għaxaq, organizza avveniment relatat maċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival li involva lit-tfal kollha li jattendu l-iskola primarja biex irawmu aktar għarfien dwar il-kultura lokali minn età żgħira.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici qal li, “avvenimenti hekk huma essenzjali biex lit-tfal ngħallmuhom dwar id-drawwiet u l-kultura ta’ pajjiżna. Ħal Għaxaq għandu tradizzjoni antika fejn jidħol il-Karnival, u permezz ta’ din iċ-ċelebrazzjoni t-tfal jistgħu jitgħallmu aktar dwar it-tradizzjonijiet kulturali tar-raħal tagħhom, filwaqt li nagħtuhom il-possibbiltà li jkunu kreattivi billi joħolqu kostum huma, minħabba li l-iskola tinkoraġġixxi lill-istudenti tagħha biex joħolqu kostum spontanju, li hija riflessjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tradizzjonali tal-Karnival.”

It-tfal tal-kindergarten kellhom joħolqu karru żgħir flimkien mal-familja tagħhom u l-istudenti tal-primarja ġew inkoraġġuti li jagħmlu kostum tal-karnival spontanju. L-istudenti mbagħad ħadu sehem fi sfilata li bdiet mill-iskola primarja sal-pjazza prinċipali ta’ Ħal Għaxaq, bl-akkumpanjament ta’ banda lokali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *