Kieku ma sibtx id-dejn kont nagħmel surplus – Puli – One News

Kieku ma sibtx id-dejn kont nagħmel surplus – Puli


Minkejja li fl-aħħar snin il-Partit Nazzjonalista ħoloq bosta skemi li jduru jew saħansitra jiksru l-liġi tal-finanzjament tal-partit fosthom l-iskema ċedoli, l-iskema tal-pagi mħallsa mill-privat u l-iskema tad-dħul li kellu minn fondi tal-Unjoni Ewropea, il-qagħda finanzjarja tiegħu baqgħet sejra mill-ħażin għall-agħar.

F’intervista fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalsita, l-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Clyde Puli xejjen l-impressjoni li kienet ingħatat mit-tmexxija tal-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li l-qagħda fil-partit kienet marret għall-aħjar u li kien qiegħed jagħmel il-qligħ.

Puli stqarr: “Jiġifieri inti diġà wriet sitwazzjoni diffiċli anke finanzjarjament – użur immens immens.”

Dan minkejja li l-ewwel azzjoni li kienet ħadet it-tmexxija ta’ Busuttil meta ħa tmun tal-Partit kienet li tkeċċi bosta ħaddiema mill-istamperija.

Saħansitra sar magħruf li kienu taw żieda fis-salarji tagħhom ta’ 11% u daħħlu nies b’parentela jaħdmu fil-Partit.

Bħalma kiteb fl-ittra ta’ riżenja tiegħu, l-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit reġa’ kien ċar fi kliemu dwar id-djun li sab ma’ wiċċu.

Puli sostna: “Mażżra ma’ saqajn il-Partit mażżra li ma tħallikx timxi ’l quddiem jiġifieri aħna ħafna drabi spiċċajna rridu nħallsu d-dejn ta’ b’lura minflok nagħmlu xi ħaġa għal quddiem u dik ovvjament ixxekkel parti mill-ħidma tiegħek ‘il quddiem.”

Huwa żied jgħid li kieku ma sabx id-djun li sab, taħtu l-Partit Nazzjnalista kien jagħmel surplus: “Kieku ma kienx hemm dawk l-interessi, kieku ma kienx hemm dawk id-djun f’dawn is-sentejn u nofs li għamel taħti dan il-partit kien jimxi bil-profitti.”

Iżda mhux talli m’għamilx surplus, talli fl-aħħar snin il-Partit Nazzjonalista kompla jżid mal-miljuni ta’ djun li qed ikompli jiżdied kaġun ta’ eluf ta’ imgħaxijiet kbar.

Meta kien mistoqsi: “Nixtieq nagħmillek mistoqsija ftit antipatika imma nixtieqek tgħidli l-verità u anke forsi tagħtini ċ-ċifri li hemm bżonn. X’inhi s-sitwazzjoni finanzjarja?”

Puli wieġeb: “Is-sitwazzjoni finanzjarja hija waħda diffiċli ħafna. M’iniex se nagħtik ċifri – imma int sejjaħtilha mażżra. Hija mażżra hija mażżra hija kbira ħafna u hija mażżra nerġa’ ngħid mhux biss għax sar miljuni kbar ta’ dejn għax hemm mijiet ta’ eluf ta’ interessi.”

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend