Id-Dipartiment tat-Teżor irkupra miljun u nofs ewro fi ħlasijiet li saru bi żball lil numru żgħir ta’ fornituri minħabba sistema ġdida.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Finanzi qal li d-dipartiment ħa l-passi meħtieġa mal-ewwel u l-fornituri kkoperaw minnufih biex jagħtu lura l-ammont mhux dovut lilhom.
Id-Dipartiment tat-Teżor qal li permezz ta’ proċess ta’ verifika induna li dawn il-fornituri tħallsu darbtejn.
It-teżor qal li bħalissa għaddej bi proġett pilota biex il-ministeri u d-dipartimenti jeqilbu għas-sistema ta’ ‘accrual accounting’.
Spjega li dawn il-bidliet iġibu magħhom xi problemi inizjali li qed jiġu indirizzati.