Investiment għal trattament aħjar tad-drenaġġ – One News

Investiment għal trattament aħjar tad-drenaġġ


B’investiment ta’ €800,000 minn fondi Ewropej il-Korporazzoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha żewġ bowsers ġodda li ser jingħaqdu mal-kumplament tal-flotta li jieħdu ħsieb is-sistema tat-trattament tad-drenaġġ madwar Malta u Għawdex.

Dan l-investiment ser jassigura li s-sistema tat-trattament tad-drenaġġ f’pajjiżna tkun waħda ta’ kwalità filwaqt li tassigura wkoll li l-kwalità tal-ilma f’Malta u f’Għawdex tibqa’ waħda mill-ogħla fl-Unjoni Ewropea.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzoni għas-Servizzi tal-Ilma Richard Bilocca spjega ma’ ONE News x’ser ikun xogħolhom dawn l-inġenji, filwaqt li spjega  wkoll kif il-pubbliku jistgħa jnaqqas diversi problemi fis-sistemi tad-drenaġġ.

Is-Sinjur Bilocca fisser: “Dawn jintużaw biex ineħħu l-ħsarat, ineħħu s-sadd u anke jnaddfu l-pumping stations. Issa l-korporazzjoni u l-Gvern qed jinvestu hekk kif il-ħaddiem tagħna qed jagħmlu xogħol iebes ħafna biex iżommu dawn is-sistemi noddfa u qed inżommuhom noddfa biex ikollna ibħra noddfa biex ma jkollnix problemi fit-toroq. In-nies jistgħu jgħinuna wkoll u jgħinuna billi ma jitfgħux affarijiet illi mhux suppost ikunu fid-drenaġġ bħal wipes u bħal żjut.”

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Immaniġjar tal-Ilma Michael Farrugia, tenna kemm huwa importanti investiment bħal dan, hekk kif ser itaffi mill-piż u diversi perikli li kellhom il-ħaddiema. Il-Ministru qal ukoll li dan l-investiment ser jgħin biex l-ilma ttrattat mid-drenaġġ jasal fi kwalità tajba għand il-bdiewa Maltin biex ikunu jistgħu isaqqu r-raba’ bih.

Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma, Michael Farrugia sostna: “Qed nara kif is-sistema tad-drenaġġ ġewwa pajjiżna tkun tista’ tissaffa u titnaddaf u anke minnha joħroġ ilma tajjeb biex jintuża għat-tisqija u anke biex inkunu qed nassiguraw illi s-sitemi tad-drenaġġ ikunu qed jaħdmu b’mod effiċjenti ħalli ma jkun jista’ jiġi imniġġes il-baħar b’pompi li jkunu miżdudin.”

Il-Ministru Farrugia saħaq ukoll li l-ħidma ser tibqa’ wkoll għaddejja f’din il-korporazzjoni sabiex fil-vitien tad-djar tagħhom iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin ikollhom ilma ta’ kwalità u b’togħma tajba.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend