BIL-FILMAT: Tifel ta’ disa’ snin irid itemm ħajtu għax jiġi bullied l-iskola – One News

BIL-FILMAT: Tifel ta’ disa’ snin irid itemm ħajtu għax jiġi bullied l-iskola

Persuni minn madwar id-dinja qed juru appoġġ bla preċedent lil Quaden Bayles – tifel ċkejken ta’ 9 snin li ġibed l-attenzjoni ta’ bosta meta fl-aħħar jiem beda jiċċirkola filmat tiegħu fuq il-midja soċjali, li fih jidher imbikkem minħabba bullying l-iskola.

Omm it-tifel Awstraljan ippubblikat il-filmat ta’ binha jibki wara li ġie bullied l-iskola għax huwa nanu.

Fil-filmat ta’ qsim il-qalb, it-tifel jgħid li jrid itemm ħajtu, u ommu tinstema’ tgħid li din hija sitwazzjoni kkawżata mill-bullying.

Il-filmat rawh aktar minn erbatax-il miljun ruħ, u xpruna messaġġi ta’ appoġġ minn madwar id-dinja, b’bosta jużaw il-hashtag #WeStandWithQuaden.

Personalitajiet prominenti bħall-attur Hugh Jackman u l-plejer tal-basketball Enes Kanter kienu fost dawk li rreaġixxew u ħeġġew liċ-ċkejken jagħmel kuraġġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend