Malta Public Transport se topera servizzi addizzjonali għal matul il-Karnival tan-Nadur bejn il-Ġimgħa 21 u l-Ħadd 23 ta’ Frar. Se jkun hemm rotot speċjali lejn in-Nadur miċ-Ċirkewwa, l-Imġarr, ir-Rabat Victoria u lokalitajiet oħra.
Nhar il-Ġimgħa 21, MPT se tħaddem servizz ta’ shuttle mill-Imġarr san-Nadur mis-19:00 sa nofsillejl. Ix-shuttle titlaq mal-wasla ta’ kull vapur, inklużi jekk isiru vjaġġi żejda. Fl-istess ħin,
Servizz Dirett tal-linja se jitlaq mir-Rabat Victoria għan-Nadur kull nofs siegħa bejn 20:00 u nofsillejl. Fis-01:00, imbagħad, sitt rotot speċjali se jitilqu min-Nadur u jkopru l-lokalitajiet l-oħra
f’Għawdex:
1.Min-Nadur għax-Xagħra u Marsalforn
2.Min-Nadur għax-Xewkija, Ta’ Sannat (Ta’ Ċenċ), il-Munxar u x-Xlendi
3.Min-Nadur għar-Rabat Victoria, Kerċem u Santa Luċija
4.Min-Nadur għar-Rabat Victoria, San Lawrenz, l-Għarb, l-Għasri u ż-Żebbuġ
5.Min-Nadur għal Għajnsielem u l-Imġarr
6.Min-Nadur għall-Qala
Rotta N11 miċ-Ċirkewwa għal Buġibba u San Ġiljan se topera skont l-iskeda regolari u titlaq kull nofs siegħa bejn il-23:05 u s-02:05.
Nhar is-Sibt 22, MPT se tħaddem servizz ta’ shuttle mill-Imġarr san-Nadur mis-19:00 sa nofsillejl. Ix-shuttle titlaq mal-wasla ta’ kull vapur, inklużi jekk isiru vjaġġi żejda.
Fl-istess ħin, Servizz Dirett tal-linja se jitlaq mir-Rabat Victoria għan-Nadur kull kwarta bejn 20:00 u nofsillejl. Fis-01:00 u fis-02:30, imbagħad, sitt rotot speċjali se jitilqu min-Nadur u jkopru l-lokalitajiet l-oħra f’Għawdex:
1.Min-Nadur għax-Xagħra u Marsalforn
2.Min-Nadur għax-Xewkija, Ta’ Sannat (Ta’ Ċenċ), il-Munxar u x-Xlendi
5.Min-Nadur għal Għajnsielem u l-Imġarr
6.Min-Nadur għall-Qala
Servizzi addizzjonali se jkunu pprovduti miċ-Ċirkewwa matul il-lejl sa l-04:00. It-tluq tal-vjaġġi jaħbat mal-iskeda tal-vapur u jmorru f’dawn id-destinazzjonijiet:
●Rotta S41 miċ-Ċirkewwa għall-Belt
●Rotta S49 miċ-Ċirkewwa għall-Belt via l-bypass ta’ Birkirkara u l-iskatepark
●Rotta S221 miċ-Ċirkewwa għal Buġibba
●Rotta S222 miċ-Ċirkewwa għax-Xatt tas-Sliema
Rotta N11 miċ-Ċirkewwa għal Buġibba u San Ġiljan se topera skont l-iskeda regolari u titlaq kull nofs siegħa bejn il-23:05 u s-02:05.
Nhar il-Ħadd 23, MPT se topera Servizz Dirett tal-linja li jitlaq mir-Rabat Victoria għan-Nadur
kull nofs siegħa bejn 20:00 u l-23:00.
F’nofsillejl, imbagħad, sitt rotot speċjali se jitilqu min-Nadur u jkopru l-lokalitajiet l-oħra
f’Għawdex:
1.Min-Nadur għax-Xagħra u Marsalforn
2.Min-Nadur għax-Xewkija, Ta’ Sannat (Ta’ Ċenċ), il-Munxar u x-Xlendi
3.Min-Nadur għar-Rabat Victoria, Kerċem u Santa Luċija
4.Min-Nadur għar-Rabat Victoria, San Lawrenz, l-Għarb, l-Għasri u ż-Żebbuġ
5.Min-Nadur għal Għajnsielem u l-Imġarr
6.Min-Nadur għall-Qala
Malta Public Transport se toffri wkoll servizzi speċjali mill-Venda tal-Belt għall-Karnival ta’
●Rotta 31 għal Buġibba
●Rotta 46 għal Ħal Għargħur
●Rotta 48 għal Buġibba
●Rotta 49 għall-Għadira
●Rotta 61 għal Ħaż-Żebbuġ
●Rotta 62 għas-Siġġiewi
●Rotta 71 għaż-Żurrieq
●Rotta 82 għal Birżebbuġa
●Rotta 84 għaż-Żejtun
●Rotta 91 għal Marsaskala