Il-Ministru Edward Scicluna u s-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo jżuru l-aġenzija MITA – One News

Notifiki

Il-Ministru Edward Scicluna u s-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo jżuru l-aġenzija MITA

Fi żjara li saret fl-uffiċini tal-MITA f’Santa Venera, il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna u s- Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo ltaqgħu mal-bord tad-diretturi mmexxi mis-Sur Tony Sultana.

F’din iż-żjara l-Ministru Edward Scicluna u s-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo ġew mgħarrfa bil-proġetti li huma ppjanati li jsiru mill-aġenzija li toffri servizzi relatati mat-teknoloġija lill-gvern u l-entitajiet tiegħu.

Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari faħħru l-impenn tal-MITA li tkompli tiġġedded u timmodernizza sabiex dejjem ikollna l-aħjar teknoloġiji diġitali biex is-settur pubbliku joffru l-aħjar servizz liċ-ċittadin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend