Aħjar qrajt dak li ktibt fuqek, Jason! – One News

Notifiki

Aħjar qrajt dak li ktibt fuqek, Jason!

Mela llbieraħ fil-Qorti, Jason Azzopardi qajjem pandemonju għax skontu peress li jiena person of trust, ma nistax nikteb l-opinjonijiet tiegħi fuq dan il-portal. Sab blog li ktibt fuq Godfrey Leone Ganado u qal li bih kont attakkajt lil Leone Ganado. Fid-dagħdiha li kellu qas induna li l-blog li kkwota minnu kien blog li fih ikkritikajt lil Ganado għax attakka lit-tifla tal-eks-Prim Ministru Joseph Muscat għax tkellmet fuq dak li għaddew minnu ommha u missierha. Għax dawn huma biss jaħsbu li jistgħu jbexxqu ħalqhom u jlissnu l-kliem li jridu! Kemm sejjer żball.

Kien ikun aħjar li Jason Azzopardi li niżżel naqra aktar ‘l isfel u sab il-blogs li jien ktibt fuqu fuq l-iskandli tal-Lowenbrau, fejn ta fabbrika għal ftit flus, l-iskandli tal-encroachments u l-iskandlu tal-Mare D’Oro. Dawn kellhom kollha t-timbru tiegħu, imma ddejjaq isemmi lilhom!

Irrid iżda nsemmi punt ieħor. Din il-moda ġdida li qabad Jason Azzopardi li bħal li kieku hija xi ħaġa ħażina li għax jiena, person of trust, ma nistax nitkellem ma nistax nifimha r-raġunar loġiku warajha, għalkemm nifhem r-raġunar politiku tagħha. Ovvjament Azzopardi ma jieħux gost li jisma’ min jikkritika lilu, u l-frament li jagħmel parti minnu fil-Partit Nazzjonalista. Jekk Alla jista’ kollox, dan kollu fl-istess ħin li miskin libes il-korazza u t-tarka biex jiddefendi ‘il-libertà tal-espressjoni’, x’ipokrezija!

Fil-gwerra li qed jagħmel biex aħna ma nitkellmux qas qed jinduna li qed jikkundana dak li għamlu sħabu fl-aħħar Amministrazzjoni Nazzjonalista taħt Lawrence Gonzi. Ilbieraħ semmejt fil-Qorti li nista’ ntih tal-inqas tliet eżempji, se ntih erba’.

Kif tista’ tesprimi opinjoni politika aktar milli tikkontesta elezzjoni u tkun elett eżatt wara f’isem Partit jew ieħor? Ovvja li aktar minn hekk ma tistax tasal. Charles Bonello, Charmaine Gerada u Robert Cutajar huma tliet eżempji ta’ tliet persons of trust f’Kastilja fi żmien Lawrence Gonzi, li kollha kemm huma kkontestaw b’suċċess l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom. Ma tistax tgħaddi opinjoni aktar minn hekk, le?

Nista’ nżid il-bonus ta’ Karol Aquilina wkoll li fl-istess nifs li kien Konsulent f’Kastilja, kien is-Sindku tas-Siġġiewi wkoll.

Biex ngħidha mill-ewwel, ma nara xejn ħazin minn dan, imma what’s good for the goose is good for the gander.

Hawn toħroġ l-ipokrezija grassa ta’ Jason Azzopardi, li llum huwa skreditat anke mill-Partit tiegħu stess. Għax huma Nazzjonalisti u jitkellmu tajjeb, u għax aħna Laburisti u nitkellmu, hekk mhux tajjeb.

Kemm sejjer żbaljat.

Ta’ QabelLi Jmiss
Nigel Vella huwa Uffiċjal tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Gradwat mill-Università ta’ Malta fl-Istorja u ilu attiv fil-politika minn mindu kellu 16–il sena. Ħadem f’bosta Għaqdiet bħall-FŻL u l-għaqda tal-istudenti PULSE. Kitbitu se tmur lil’ hinn mill-politika li zgur ser tkun it-tema li tiddomina l-blog tiegħu, iżda permezz tal-kliem sempliċi jridu jitwasslu opinjonijiet oħra fuq materji oħra. Li hu zgur huwa li mhux se jkun hemm tidwir mal-lewża u logħob bil-bżalu.

2 Comments

  1. Proset! Nies bħalek għandu bżonnhom dan il-pajjiż. Mela kulħadd jibża jweġibhom lil dawn il-qabda ‘holier than tbou’! Hemm bżonn li aħna wkoll immorru fuq l-attakk u għandna ħafna ballal kieku rridu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend