Tlett itfal imutu wara li l-karozza li kienu fiha tqabbdet u ħadet in-nar – One News

Notifiki

Tlett itfal imutu wara li l-karozza li kienu fiha tqabbdet u ħadet in-nar

Erba’ persuni, fosthom tlett itfal, mietu fi traġedja fi Brisbane fl-Awstralja wara li allegatament, il-karozza li kienu fiha tqabbdet u ħadet in-nar.

Il-vittmi ċkejknin kollha kellhom inqas minn 10 snin, u nstabu mejta fil-karozza mill-ħaddiema ta’ salvataġġ.

Raġel li kien fl-istess karozza ukoll miet, filwaqt li mara sofriet minn ħruq estensiv u qed tiġġieled għal ħajjitha fl-isptar.

Uffiċjali tal-Pulizija ddeskrivew ix-xena tar-reat bħala orribbli u qalu li għadu kmieni biex jiġu kkonfermati l-identitajiet tal-vittmi, filwaqt li rrifjutat li tikkummenta dwar vjolenza fil-familja.

Residenti fit-triq fejn seħħ l-inċident qalu li raw il-mara toħroġ mill-karozza fi fjamma nar u bdiet tgħajjar li r-raġel tefa’ l-pitrolju fuqha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend