Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara ħabta f’Ħ’Attard – One News

Notifiki

Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara ħabta f’Ħ’Attard

Żagħżugħ ta’ 23 sena mix-Xagħra Għawdex ittieħed l-isptar wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza tal-għamla Peugoet 206 li kienet misjuqa minn raġel ta’ 46 sena ta’ nazzjonalità barranija u li joqgħod il-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:30 ta’ waranofsinhar fi Triq iż-Żagħfran f’Ħ’Attard.

Iż-żagħżugħ ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura. Iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej…

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend