Jibdew jinżlu l-ewwel passiġġieri minn fuq id-Diamond Princess – One News

Notifiki

Jibdew jinżlu l-ewwel passiġġieri minn fuq id-Diamond Princess

Wara ġimagħtejn jinżammu kwarantina, bdew jiżbarkaw l-ewwel passiġġieri minn fuq il-cruiseliner Diamond Princess, li kien qed jinżamm fil-port ta’ Yokohama fil-Ġappun wara li kellu fuqu passiġġieri milquta mill-Coronavirus.

It-tifqiegħa tal-Coronavirus fuq dan il-vapur wasslet biex ġew infettati mill-inqas 540 passiġġier u membri tal-ekwipaġġ.

Il-passiġġieri ddeskrivew is-sitwazzjoni diffiċli ta’ kwarantina fuq il-cruiseliner, u numru ta’ pajjiżi qed jintervjenu biex jevakwaw liċ-ċittadini tagħhom minn fuq il-vapur.

Skont l-aktar ċifri riċenti, hemm aktar minn 74,000 każ ikkonfermat ta’ Coronavirus fiċ-Ċina, u kawża ta’ din l-infezzjoni mietu aktar minn 2,000 ruħ.

Ritratt: EPA
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend