Jaqla’ xebgħa wara li prova jisraq radju ta’ karozza – One News

Jaqla’ xebgħa wara li prova jisraq radju ta’ karozza

Abdulhamid Saied, Libjan ta’ 39 sena deher fil-Qorti bi tbeġila f’għajnejh u iżomm ġenbejh wara li allegatament s-sid ta’ karozza Mercedes qabdu fil-fatt fil-karozza jipprova jisraqlu r-radju. Saied kien akkużat b’attentat serq aggravat, li kkaġuna danni b’mod volontarju u li kien fis-sakra f’post pubbliku.

Il-Qorti semgħet kif il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-inċident wara li l-akkużat qed jgħid li sid il-karozza tah xebgħa.

L-Avukat Martha Mifsud, li dehret għall-akkużat ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend