Għaxaq Music Events itellgħu avveniment fuq jumejn b’risq Dar Bjorn – One News

Għaxaq Music Events itellgħu avveniment fuq jumejn b’risq Dar Bjorn

F’Mejju li ġej l-għaqda volontarja Għaxaq Music Events se ttella’ l-20 edizzjoni tal-festival mużikali Summer List li din is-sena d-dħul minnu se jmur b’risq Dar Bjorn.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbru d-dettalji tal-ispettaklu, Frank Zammit, wieħed mill-organizzaturi tal-kunċert assigura li dan l-avveniment se jerġa’ jiftaħ l-istaġun tas-sajf bi spettaklu mill-aqwa li se jiġbed lejh eluf ta’ Maltin.

Huwa spjega: “Il-pubbliku għandu jiġi għandu jieħu pjaċir magħna id-dħul huwa assolutament b’xejn jiġifieri dak li jkun jiġi biex jieħu pjaċir. Fil-bieb ser jinġabru donazzjonijiet għal Dar Bjorn. Fejn ta’ kull sena dejjem nieħdu ħsieb li b’dawn l-events nferrħu l-ħaddieħor magħna. Il-pubbliku jiġi u jieħu pjaċir dik hija l-għajta tagħna bħal speċi.”

Zammit qal li Summer Lust se jippreżenta artist ta’ fama internazzjonali u l-aqwa talent Malti fil-grounds ta’ Ħal Għaxaq.

Fost oħrajn se jara s-sehem tal-kantant ta’ fama internazzjonali, Thomas Anders, il-kantant tal-grupp Modern Talking li tant kiseb suċċessi fit-tmeninijiet. L-għada, is-Sibt se jkun imiss il-kunċert Ira Losco & Friends, fejn l-artista Maltija ta’ fama internazzjonali, se kunċert sħiħ flimkien mal-band tagħha.

Il-Maniġer ta’ Ira Losco, Howard Keith Debono fisser: “Repertorju vera speċjali jinkludi hits tagħha u affarijiet oħra u diversi sorpriżi. Meta tamalgama artisti oħrajn fuq il-palk dejjem għandek tistenna xi ħaġa differenti u din id-darba ħa jkunu guests li ma kellhiex qabel.”

 Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici faħħar liż-żewġ għaqdiet u tkellem dwar kemm dawn ix-xorta ta’ inizijattivi huma l-qofol tal-ħidma tal-volontarja. Qal li l-Ministeru jappoġġja bi sħiħ din l-inizjattiva għax għandha għan nobbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend