Fenech Adami kontra proċess aktar trasparenti – One News

Fenech Adami kontra proċess aktar trasparenti


Fil-bidu tad-diskussjoni fl-istadju tat-tieni qari tal-abbozz ta’ liġi li jemenda l-att dwar il-ħatra tal-kummissarju tal-pulizija, id-Deputat Nazzjonalsita Beppe Fenech Adami attakka l-proposta tal-Gvern li se tneħħi s-setgħa tiegħu li jaħtar il-kummissarju tal-Pulizija.

Fid-diskors tiegħu Fenech Adami fetħilha wkoll kontra l-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku, entità Kostituzzjonali li għandha rappreżentanza ekwa tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni biċ-Chairman ikun maqbul bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.

Fenech Adami qal: “Qed jgħidulna l-Kummissarju, ħa jintagħżel minn kumitat indipendenti. Għax qed jgħid li se jmur quddiem il-PSC.”

L-attakk ta’ Fenech Adami fuq din il-Kummissjoni jmur kontra dak li qal il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Meta kien mistoqsi: “Jiġifieri biex nara jekk fhimtekx sew inti fil-kummissjoni għandek fiduċja?” Delia wieġeb: “Fil-kummissjoni għandi fiduċja.”

L-abbozz ta’ liġi jipproponi wkoll li l-kandidat magħżul jgħaddi wkoll mill-għarbiel tal-Kumitat Parlamentari rappreżentat miż-żewġ Parititi permezz ta’ grilling.

Iżda bl-aktar mod surreali Fenech Adami qal li dan mhux trasparenti. Huwa tenna: It-tielet gidba sur President, qed jgħidulna li l-proċess huwa wieħed trasparenti.”

Fenech Adami ftaħar bil-mod kif il-Kummissarji tal-Pulizija kienu jinħatru b’mod dirett fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti, inkluż meta ntgħażel Kummissarju qrib sew ta’ l hekk imsejħa pulizija tal-ġakketta blu li kienu konnessi mal-Partit Nazzjonalista u kienu tressqu l-qorti fuq allegati atti kriminali.

Huwa saħaq: “Sur President aħna kellna sistema li ħadmet. Kellna sistema li l-mod kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija.”

Dwar dan l-avukat Veteran Joe Brincat kien fakkar episodju partikolari fil-Korp tal-Pulizija dwar il-ħatra ta’ Kummissarju Huwa stqarr: “Anzi kien hemm żmien li kienu tal-ġakketta blu li għażlu l-Kummissarju meta qabdu u daħlu fid-Depot u għamlu lil Kummissarju huma.”

Fl-istess waqt li Fenech Adami beda jippriedka favur ħatriet biż-żewġ terzi fil-Parlament, ftaħar li Simon Busuttil kien ġie magħżul, fi kliemu ‘handpicked’ minn missieru. Dan mingħajr ebda sejħa pubblika.

Fenech Adami staqrr: “Dakinhar, il-Prim Ministru u l-papa’ tiegħi Eddie Fenech Adami tefa’ għajnejh fuq dan l-avukat żgħir daqs żambirott biex ikun il-persuna handpiced, handpicked iva mill-PM.”

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend