BIL-FILMAT: Vassallo se jiġi mbottat għall-Viċi Kap flok Arrigo – One News

BIL-FILMAT: Vassallo se jiġi mbottat għall-Viċi Kap flok Arrigo

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qiegħed jiġi mbottat biex jikkontesta għall-kariga ta’ viċi Kap għall-affarijiet tal-Partit flok il-viċi kap uxxenti Robert Arrigo.

Sorsi fil-Partit Nazzjonalista qalu li l-fazzjoni ta’ Delia qiegħda tħeġġeġ lil Vassallo biex jerġa’ jikkontesta għal din il-kariga.

F’Ottubru tal-2017Vassallo, wara li Adrian Delia nħatar Kap, Edwin Vassallo kien ikkontesta għall-kariga ta’ viċi kap għall-affarijiet tal-Partit. Iżda dakinhar rebaħ Robert Arrigo.

Sorsi fil-Partit Nazzjonalista qalu li l-fazzjoni ta’ Delia qiegħda tħeġġeġ lil Vassallo biex jerġa’ jikkontesta għal din il-kariga bil-għan li l-Kap Nazzjonalista ma jispiċċax b’persuna mill-fazzjoni ta’ Busuttil, li għandha ossessjoni kbira biex terġa’ tieħu l-poter fil-Partit Nazzjonalista.

L-istess sorsi żied jgħidu li l-fazzjoni ta’ Busuttil qiegħda toqgħod lura milli tressaq isem ‘il quddiem għal din il-kariga li titlob ipmenn kbir, fost oħrajn biex tiġi indirizzata l-problema ta’ miljuni kbar ta’ djun li għandu l-Partit Nazzjonalista.

Fl-aħħar ġimgħa, id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo spiċċa fil-mira ta’ bosta esponenti tal-fazzjoni ta’ Busutitl fosthom tas-sieħba tiegħu Kristina Chetcuti wara li ħareġ jistaqsi min qiegħed jiffinanzja lill-blogger Maneul Delia/ Dan wara li fil-blogg tiegħu, Manuel Delia staqsa jekk Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ħallasx għall-kampanja ta’ Delia fit-tellieqa għall-kap nazzjonalista.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *