Ruth Borda ta’ sebgħa u tletin sena mix-Xgħajra ġiet ikkundannata ħames snin ħabs fuq sensiela ta’ serq fosthom anki minn karozzi.
Fil-Qorti instema’ kif sid ta’ karozza qabad fil-fatt il-mara tipprova tisraq il-karozza u offrilha l-għajnuna biex tirriforma ruħha iżda hekk kif rat il-pulizija, hija ħarbet minn fuq il-post.
Każ ieħor ta’ serq ta’ karozza wassal ukoll li l-karozza misruqa spiċċat dieħla fi krejn u ħadet in-nar.
Intqal li Borda għandha problema tad-droga u diġà skontat sentenza ta’ ħabs fuq serq.