Fuljett għall-istudenti dwar l-awtentiċità tal-Ewro – One News

Fuljett għall-istudenti dwar l-awtentiċità tal-Ewro

Eluf ta’ studenti tas-sekondarja li ġejjin minn pajjiżi barra miż-żona Ewro u li jgħixu f’Malta se jingħataw fuljett bl-informazzjoni dwar l-ewro. L-iskop ta’ dan il-fuljett informattiv miktub bil-Malti u bl-Ingliż huwa li l-istudenit jagħrfu l-flus tal-ewro awtentiċi minn dawk foloz.

L-Uffiċjal Kap għall-Operazzjonijiet tal-Bank Ċentrali, is-Sur Jesmond Gatt spejgalna l-idea wara dan l-eżerċizzju.

“Ninnotaw li n-nies li ġejjin minn pajjiżi oħra jkollhom aktar diffikultajiet biex jifhmu li huma awtentiċi l-bank notes u fil-fatt ikollna aktar minnhom li jiġu l-bank biex ibiddluhom u ovvjament jkunu tilfu l-valur allura ħsibna biex naraw kif ngħinu”

Fi tmiem preżentazzjoni, Ahmed Klef, student tat-tmien sena li jattendi fl-iskola Maria Regina qal li eżerċizzju bħal dan jgħinu jagħraf id-differenza fil-flus.

“Tajjeb biex nafu x’inhu ħażin u x’inhu tajjeb. 

Bħal meta jagħtuni l-flus narahom jekk hux tajjeb jew ħażin.”

Il-fuljett fih kampjuni tal-flus biex jgħinu lill-istudenti jkunu familjari mal-flus filwaqt li jistgħu jintużaw mill-għalliema waqt il-lezzjonijiet.

Dan l-eżerċizzju qed isir b’kollaborazzjoni bejn il-Bank Ċentrali ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Kurrikulu u t-Tagħlim tul il-Ħajja, u mistenni jilħaq eluf ta’ persuni barranin li jgħixu f’Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend