Żagħżugħ ta’ wieħed u għoxrin sena ingħata ta’ tnax-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn wara li nstab ħati li f’April illi għadda għamel ħsara fil-magna tal-ATM tal-bank Banif f’San Pawl il-Baħar.
Rudy Dorekeens kellu sentenza oħra sospiża iżda ħelisha għaliex il-prosekuzzjoni ma ppreżentax fil-Qorti kopja tas-sentenza li kien ingħata f’Ottubru ta’ sentejn ilu.