Arab Tex Eddin ta’ tnejn u għoxrin sena minn Pembroke ġie projbit temporanjament milli jersaq lejn xi grawnd tal-futbol wara li ġie akkużat li fit-tmienja u fis-sittax ta’ Frar tkellem ħażin u wera imġieba abbużiva.
Huwa ġie akkużat ukoll li xewwex minn tal-inqas grupp ta’ għaxar persuni sabiex iwettqu reat.
Iż-żagħżugħ inħeles mill-arrest fuq depożitu ta’ ħames mitt ewro u garanzija personali ta’ tlett elef u ħames mitt ewro.