Wara l-ħsara teknika li esperjenza Freephone 153 sa minn kmieni lbieraħ filgħodu, matul dawn l-aħħar sigħat is-service provider għamel it-testijiet meħtieġa.
Jidher li l-problema li kien hemm ġiet indirizzata, madankollu servizz.gov qed jagħmel moniteraġġ tas-sitwazzjoni biex jassigura li s-servizz jerġa’ lura għan-normal.
Apparti l-ħsara teknika, 153 esperjenza influss ta’ telefonati fuq il-Bonus Addizzjonali mħabbar il-ġimgħa li għaddiet. servizz.gov jappella lill-klijenti biex jagħtu ċans sal-lum 18 ta’ Frar, biex jirċievu dan iċ-ċekk bil-posta.
Servizz.gov jiskuża ruħu ta’ kull inkonvenjent u jibqa’ kommess li jipprovdi servizz ta’ kwalità għolja lill-klijenti tiegħu.