BIL-FILMAT: Mhux se jitħallew jidħlu armi fil-Libja – One News

BIL-FILMAT: Mhux se jitħallew jidħlu armi fil-Libja

Fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin, Malta qablet dwar deċiżjoni importanti li żżomm aktar armi milli jidħlu fil-Libja.

Filwaqt li qal li Malta għandha iżjed x’toffri fuq il-mejda tad-diskussjonijiet dwar il-kunflitt li għaddejj fil-pajjiż ġarr tagħna, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo tenna l-ħtieġa li jieqaf il-ġlied fil-Libja.

Qal li huwa għalhekk importanti li issa jinħadmu d-dettalji tad-deċiżjoni meħuda li twaqqaf it-traffikar tal-armi u l-ġellieda fil-pajjiż.

“Dawk li qed jinqdew mil-Libja biex jiġġieldu kontra xulxin u jibgħatu hemm hekk armi u anki ġellieda, iridu jwaqqfu dan u mod kif twaqqaf dan hu, li jkollna forzi fin-naħa tal-Lvant tal-Mediterran biex iwaqqfu dan it-traffikar ta’ armi u dan it-traffikar ta’ ġellieda biex jidħlu hemm hekk.”

Il-Ministru Bartolo saħaq li hemm mill-inqas tliet mitt elf ruħ li tilfu djarhom fil-Libja.

Qal li minn seba’ miljun ruħ, hemm miljun ruħ li huma milquta minn kunflitt li issa ilu għaddej disa’ snin.

Spjega li rridu nindirizzaw l-instabilità fil-Libja li qed tkompli twassal għal aktar immigrazzjoni lejn l-Ewropa.

Quddiem il-Ministri Ewropej, il-Ministru Evarist Bartolo saħaq li l-futur tal-Ewropa u l-Afrika huwa marbut u issa jeħtieġ nimplimentaw passi importanti biex ikun stabilità fil-kontinent Afrikan.

“Ikun aħjar ikollna paġna waħda ta’ passi x’nimplimentaw milli mitt paġna b’diskors fieragħ”, saħaq il-Ministru Bartolo, f’laqgħa li fiha kien hemm anki r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà Josep Borrell.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend