Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Dr Stefan Zrinzo Azzopardi il-bierah iltaqa’ mal-impjegati tal-Measures & Support Division fejn tkellem magħhom dwar ix-xogħol siewi biex l-intrapriżi ż-żgħar jkunu mgħejjuna minn bosta skemi ta’ għajnuna mħaddma permezz tal-Fondi Ewropej.
Dawn l-iskemi jvarjaw skont il-bzonnijiet tal-intraprizi, fejn hemm uħud speċifikament għal start-ups u oħrajn għal dawk l-intrapriżi li qed jipjanaw biex jkabbru l-operat tagħhom. Dr Zrinzo Azzopardi saħaq ukoll fuq l-importanza li dawn l-iskemi jkomplu ħalli aktar SMEs jiġu mgħejjuna jespandu u jimmodernizzaw.