Matul is-sena l-oħra, il-Bank HSBC irreġistra qligħ qabel it-taxxa ta’ tletin miljun u sebgħa mitt elf ewro.
Il-bank spjega li fuq bażi ta’ aġġustament li jeskludi l-impatt ta’ provvediment ta’ darba għar-ristrutturar, il-qligħ qabel it-taxxa għas-sena li ntemmet f’Diċembru li għadda, żdied bi tmien miljun u tmien mitt elf ewro fuq l-elfejn u tmintax.
Il-bank qal li dan ir-riżultat inkiseb bis-saħħa ta’ attenzjoni kontinwa fuq tnaqqis tal-ispejjeż, profitti ogħla sostnuti minn tkabbir fid-dħul tas-servizzi bankarji kummerċjali, żieda fis-self fis-servizzi bankarji kummerċjali u żieda pożittiva u aktar mgħaġġla fid-dħul mill-ispejjeż.
Il-Bank qiegħed jirrakkomanda dividend finali gross ta’ 2.1 ċenteżmu għal kull sehem.
Il-Kap Eżekuttiv tal-HSBC, Andrew Bean innota kisbiet kbar fl-implimentazzjoni tal-pjan strateġiku tal-HSBC. Qal li l-użu diġitali fi ħdan is-servizzi bankarji personali żdied b’aktar minn disgħin fil-mija.
Ħabbar li matul is-sena, il-bank se jagħmel investimenti ġodda biex itejjeb is-soluzzjonijiet diġitali u jimmodernizza l-fergħat, u jinsab ħerqan li tinfetaħ l-ikbar fergħa tal-bank f’Ħal Qormi.
“Something I’m particularly excited about this year, we’re going to open our largest branch in the country, a national flagship, it’s a cutting edge design, the first HSBC Group has had worldwide with this design.
Huwa laqa’ l-pjan ta’ azzjoni tal-Gvern li tħabbar din is-sena u qal li dan se jservi ta’ eżami essenzjali għall-kapaċità tal-istituzzjonijiet ta’ Malta biex juru li qegħdin jagħmlu progress.
“We operate our bank to the highest standards of compliance anywhere in the world and of course we welcome the plans of announcements that have been made. What is critical this year is that good plans turn into outcomes that are measurable and can be demonstrated into the international financial community, that is an essential foundatial aspect for Malta’s financial system to repair its reputation and to thrive for the longer term.”
L-HSBC qal li d-depożiti tal-klijenti fil-kontijiet tagħhom telgħu għal erbat elef, disa’ mija u sebgħa u sebgħin miljun ewro, żieda ta’ tnejn fil-mija fuq l-2018.