Ippubblikat l-ewwel studju dwar il-Coronavirus – One News

Ippubblikat l-ewwel studju dwar il-Coronavirus

L-Awtoritajiet tas-Saħħa fiċ-Ċina ppubblikaw rapport dettaljat dwar ‘il fuq minn 44,000 każ tal-Coronavirus, l-akbar studju li sar mindu feġġ dan il-virus. Minn dan joħroġ li 80% tal-każijiet ma kinux severi, u jidher li l-anzjani huma dawk l-aktar f’riskju.

Ir-rapport juri wkoll li r-rata ta’ mwiet ma taqbiżx it-2.3% fost il-pazjenti. L-aħħar ċifri miċ-Ċina juru li mietu ftit aktar minn elf u tmien mitt persuna kawża ta’ dan il-virus. B’kollox kważi tlieta u sebgħin elf persuna ġew infettati mill-virus.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend