Il-Parlament jibda jiddiskuti liġi storika dwar il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija – One News

Notifiki

Il-Parlament jibda jiddiskuti liġi storika dwar il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija

Il-Parlament beda jiddiskuti emendi fil-liġi tal-Pulizija biex il-Kummissarju tal-Pulizija jibda jinħatar b’sejħa pubblika u bi proċess ta’ skruntinju mill-Kumitat tal-Ħatriet Pubbliċi.

Fid-diskussjoni li bdiet it-Tlieta fil-Parlament, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali sejjaħ dan il-jum bħala storiku għax qal li għall-ewwel darba fl-istorja, għandna Gvern li lest li jneħħi s-setgħa minn idejh biex jinħatar Kummissarju ġdid.

“Għall-ewwel darba f’pajjizna għandna gvern li lest ineħħi minn idejh, dak li kellu l-gvern f’dawn is-seba’ snin u gvernijiet ta’ qabel li jaħtru huma b’mod dirett il-Kummissarju. Jum Storiku ghax għandek gvern li jipproponi li jneħħi l-poter minn idejh.”

Il-proċess se jkun aktar miftuħ u trasparenti u  jirrispetta wkoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja.

Dr Camilleri qal li huwa tkellem mal-Kummissjoni Venezja li sejħet din ir-riforma bħala pożittiva li tieħduk fid-direzzjoni t-tajba.

Il-Gvern qed jipproponi li s-sejħa pubblika titmexxa mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, li l-membri tagħha huma maqbula bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.

“Tkellimt mal-kummissjoni Venezja. Kien hemm kollegi tiegħi. Tawni l-permess li nghid dan li se ngħid kellna video call u anki għarfu li din hija proposta li tieħdok fid-direzzjoni t-tajba fejn tidħol din ir-riforma.”

Il-Ministru Camilleri qal li l-korp tal-pulizija mhuwiex Robot u filwaqt li ma tistax tbiddel mll-lum għal għada, ħa jara li jitwettqu t-tibdiliet meħtieġa. Sostna li dak li ħaddieħor ma kellux il-kuraġġ li jagħmel se jkompli jwettqu dan il-Gvern/

Ħabbar ukoll li l-Gvern se jwettaq bidla fl-istutturi biex jiġi evitat dak li qegħdin nisimgħu fil-mezzi tax-xandir. Dan minkejja li huwa impossibli li jinqata’ kull abbuż.

“Iniedu l-ewwel bidla. L-effett tiegħu jiddependi minnha u min jilbes l-uniformi li ghandhom dover li flimkien nwettqu l-bidla.”

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend