L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta’ €60,000,000 Stock tal-Gvern ta’ Malta soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta’ €40,000,000 oħra kif ġej:
(i) 0.40% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2026 (II); u
(ii) 1.00% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2031 (II); u
(iii) 1.50% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2045 (I); jew
(iv) f’ammonti mit-tliet stocks b’valur nominali flimkien ta’ €60,000,000.
L-applikazzjonijiet magħmulin f’offerti b’irkant għal minimu ta’ €500,000 u multipli ta’ €100,000 kull waħda jiftħu l-Erbgħa 26 ta’ Frar, 2020 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f’nofsinhar (CET) tal-istess jum jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.
L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta’ email fl-indirizzi indikati fuq il-formola tal-applikazzjoni jew fuq fax +356 2596 7210, jew jintefgħu fil-kaxxa tal-offerti tat-Teżor, il-Furjana.
Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta’ kull stock jiġi mgħarraf sagħtejn wara immedjatament il-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.
Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu mingħand il-membri kollha tal-Borża ta’ Malta u provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment, jew jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor.
L-Accountant General se jħabbar linji gwida indikattivi dwar l-ipprezzar permezz ta’ stqarrija għall-istampa li tiġi ppubblikata nhar it-Tlieta il-25 ta’ Frar 2020 u li tkun tikkonsisti minn spread indikattiva fuq ir-rati tal-ewro mid-swap relevanti li jirriflettu b’mod wiesa’ l-kundizzjonijiet fis-suq sekondarju taż-0.40% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2026 (II), tal-1.00% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2031 (II) u tal-1.50% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2045 (I).
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li flimkien mal-Prospett Ġenerali u r-Regolamenti dwar Stocks tal-Gvern ta’ Malta jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt.