Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, qiegħed jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi jew intolleranti għall-ħalib, minħabba li nstab li fih ingredjent tal-ħalib li mhuwiex iddikjarat fuq it-tikketta.
Isem tal-prodott: | Spring Roll Pastry |
Ditta: | Spring Home |
Data tad-durabbiltà: | Id-dati kollha sa u inkluż it-8 ta’ Frar, 2023 |
Lott: | Il-lottijiet kollha |
Użin: | 550g |
Oriġini: | Singapore |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab f’Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku hu ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.