Is-Surġent Simon Schembri ddikjara li huwa qatt ma kien involut fl-ebda offiżi jew reati li qegħdin jiġu allegati li seħħu fit-taqsima tat-traffiku tal-Pulizija.
Fi stqarrija, il-Fondazzjoni Blue Light qalet li Schembri u l-familja tiegħu qegħdin jiġi kkuntattjat minn xi mezzi tax-xandir u mistoqsi jekk kienx involut f’dan l-allegat abbuż.
“Simon jixtieq jiddikjara illi ma kienx wieħed mil-Pulizija investigati f’dan l-aħħar jiem u dan għaliex qatt ma kien involut fl-ebda offiżi jew reati li qiegħdin jigu allegati”, temmet tgħid l-istqarrija.
Simon Schembri, li kien jaħdem fit-Taqsima tat-Traffiku spiċċa tilef parti minn driegħu u idu l-leminja wara li ttajjar f’Ħal Luqa waqt il-qadi ta’ dmirijiet f’Mejju ta’ sentejn ilu.