Is-servizz tat-teħid tad-demm għall-anzjani ġie estiż għar-residenti tal-Fgura u Ħaż-Żabbar – One News

Is-servizz tat-teħid tad-demm għall-anzjani ġie estiż għar-residenti tal-Fgura u Ħaż-Żabbar

Ġie estiż is-servizz tal-flebotomija, jiġifieri t-teħid tad-demm, għall-anzjani li għadhom jgħixu fil-komunità iżda li ma jistgħux joħorgu minn djarhom. Dan il-proġett pilota li beda minn Birkikara u l-Mosta issa qed jiġi estiż fil-lokalitajiet tal-Fgura u Haż-Żabbar. Dan is-servizz huwa mistenni li jinfirex fuq skala nazzjonali.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità, Renzo Degabriele, spjega li f’4 xhur li ilu jingħata dan is-servizz diġa’ użawh 100 persuna u saru aktar minn 400 test tad-demm. Bħalissa s-servizz qed jingħata minn 5 infermiera, iżda n-numru huwa mistenni li jiżdied hekk kif is-servizz se jkompli jinfirex f’aktar lokalitajiet.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Silvio Parnis semma’ kif ħafna anzjani jitolbu għal dawn is-servizzi u għalhekk spejga li hemm bżonn ta’ aktar għarfien dwar is-servizzi li joffri l-gvern biex b’hekk l-anzjani jkunu moqdija ferm aħjar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend