Il-programm popolari Love Island jirritorna wara jumejn ta’ luttu għall-preżentattriċi Caroline Flack – One News

Il-programm popolari Love Island jirritorna wara jumejn ta’ luttu għall-preżentattriċi Caroline Flack

Il-serje televiżiv Ingliż ‘Love Island‘ ser jirritorni t-Tnejn filgħaxija wara jumejn ta’ luttu fi tmiem il-ġimgħa għall-preżentattriċi Caroline Flack.

L-episodju li ser jixxandar ser jagħti ħajr lill-karriera ta’ Flack li nsabet mejta f’darha fit-Tramuntana ta’ Londra nhar is-Sibt li għadda.

L-avukat ta’ Flack ħabbar li l-preżentattriċi, li kien għad kellha biss 40 sena, ħadet ħajjitha b’idejha.

Flack kienet il-preżentattriċi tas-serje tant popolari ‘Love Island‘ iżda hi kienet rilaxxata minn dan l-inkarigu meta kienet akkużata li darbet lis-sieħeb tagħha s-sena l-oħra u kienet mistennija tittella’ l-Qorti x-xahar li ġej.

Huwa mifhum li Flack kienet taħt pressjoni qawwija wara li kienet akkużata b’dan l-aġir.

Il-kumpanija televiżiva ITV stqarret li d-deċiżjoni li ma xxandarx l-episodju tal-Ħadd kien bħala ġest ta’ rispett lejn il-familja tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend