Il-Freephone 153 jesperjenza ħsara teknika – One News

Notifiki

Il-Freephone 153 jesperjenza ħsara teknika

servizz.gov qiegħed jinforma lill-pubbliku li bħalissa qed jesperjenza problemi tekniċi fis-sistema tat-telefonija tiegħu, jiġifieri Freephone 153. Dan ifisser li x’uħud mill-klijenti li jċemplu 153, ma jaqbdux.

Hemm ukoll influss qawwi ta’ telefonati b’rabta mal-bonus addizzjonali mħabbar nhar il-Ħamis li għadda minkejja li ċ-ċekkijiet għadhom qegħdin jitqassmu bil-posta.

servizz.gov qed jagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa biex il-problema teknika tissolva mill-aktar fis possibbli u l-linja tirritorna għan-normal, bl-inqas impatt fuq il-klijent.

B’mod alternattiv, il-pubbliku jista’ jikkomunika ma’ servizz.gov permezz taċ-ċentri reġjonali f’Birkirkara, il-Birgu, il-Qawra, Raħal Ġdid u Ħal Qormi; permezz tas-sit elettroniku www.servizz.gov.mt; jew permezz tal-e-mail [email protected].

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend