Ħames offerti għall-bini ta’ flyover u mini f’Ħal Kirkop – One News

Notifiki

Ħames offerti għall-bini ta’ flyover u mini f’Ħal Kirkop

Infrastruttura Malta rċeviet ħames offerti għall-bin ta’ flyover u mini fil-junction ta’ Ħal Kirkop. L-offerti saru minn ħames konsorzji differenti. Il-valur medju tal-offerti hu ta’ €20.8 miljun.

B’reazzjoni l-Ministru għall-Infrastruttura u t-Trasport qal li se tkompli tissaħħaħ l-infrastruttura fin-Nofsinhar ta’ Malta.

Żied li b’dan il-proġett, il-Gvern se jkompli jsaħħaħ ir-rotta ewlenija għal ħafna lokalitajiet fosthom Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, iż-Żurrieq, Ħal Safi, il-Gudja, Ħal Luqa u Birżebbuġa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend