Fr Joe Borg juża lil Corbyn biex jattakka lil Delia – One News

Notifiki

Fr Joe Borg juża lil Corbyn biex jattakka lil Delia

Dun Joe Borg, iċ-ċhairmen tal-bord editorjali tal-midja tal-Knisja kompla mad-deputati tal-fazzjoni tal-ex Kap Nazzjonalista Simon Busuttil biex jgħid li Adrian Delia għandu jwarrab minn kap tal-Partit Nazzjonalista.

F’The Sunday Times, Fr Joe Borg kiteb dwar it-telfa kbira li ġarrab il-Partit Laburista Ingliż fl-elezzjoni ġenerali ta’ Diċembru li għadda taħt it-tmexxija ta’ Jeremy Corbyn.

F’artiklu intitolat – The end of the British Labour Party? huwa għamel referenza għal survey li ġie pubblikat fl-aħħar jiem fl-Ingilterra li wera li Jeremy Corbyn kien r-raġuni ewlenija għat-telfa Laburista.

Qal li r-riżultati ta’ dan l-istħarriġ kienu kważi identiċi għal stħarriġ ieħor li sar wara l-elezzjoni tal-2019.

Implika li bħalma qiegħda tagħmel il-fazzjoni ta’ Delia f’Malta, il-magna tal-Partit Laburista Ingliż għaddset rasha fir-ramel u qalet li ma kienx veru li l-Labour tilef minħabba l-kap tiegħu iżda minħabba l-firda fil-partit fuq il-kwistjoni ta’ Brexit.

Fr Joe Borg li fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti tħabbeb sew fiċ-ċrieki tal-poter, kompla jqabbel u kkwota dak li qal shadow minister Laburista li wissa li t-telfa kbira li ġarrab il-Partit Laburista tista’ tfisser it-tmiem tal-partit.

Qal li qabel l-elezzjoni bosta deputati pprovaw jikkonvinċi lil Corbyn biex iwarrab iżda dan webbes rasu u baqa’.

U jekk ma kienx ċar biżżejjed li kien qed jitkellem fuq Delia, uża l-Malti. Qal li Corbyn dejjem wieġeb li huwa ġie elett mit-tesserati u bħalma qalulu bosta mill-fazzjoni ta’ Busuttil, it-tesserati jeleġġu kap ta’ partit waqt li l-votanti jeleġġu prim ministru.

Delia ma damx ma wieġeb liċ-Chairman tal-Midja tal-Knisja u qallu li mhux se jagħti kasu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend