“Sibna dak kollu li ridna f’Malta” – Produttriċi Finlandiża – One News

Notifiki

“Sibna dak kollu li ridna f’Malta” – Produttriċi Finlandiża


Ħames lingwi fi tmien episodji u miġbud fi 19-il lokalità differenti madwar Malta.

Fis-serje televiżiva Finlandiża Cargo, Malta kienet il-post fejn inġibud xeni maħsuba għall-Italja, il-Libja u l-Eritrea.

Is-serje jitkellem dwar it-traffikar uman, u l-kumpanija Fremantle Media Findland sorġiet l-ankri tagħha f’pajjiżna biex tagħmel użu mill-faċilitajiet tal-Malta Film Studios fil-Kalkara.

ONE News mar wara l-kwinti ta’ dan is-serje fejn sibna diversi atturi u ħaddiema jiġbdu xena ta’ maltempata.

Waħda mill-produtturi tas-serje Kirsi Hatara stqarret li Malta kienet id-destinazzjoni ideali għal Cargo hekk kif pajjiżna għandu taħlita ta’ xenarji uniċi.

Kirsi Hatara stqarret: “The reason why we wanted to come to Malta is that we really find all the locations here because we’re travelling from Eritrea through Italy, Germany and Finland and so we find African countries, Italian countries. So this was really like a really good place to shoot a lot of scenes.”

Aktar minn 80% tal-crew li qiegħed jaħdem fuq dan is-serje huma Maltin u din hija raġuni oħra li attirat din il-produzzjoni lejn Malta.

Hija sostniet: “Of course you have really good facilities, very good talented crew and also English is the common language and we found all the things we needed here. Meta kienet mistoqsija: And if you had the opportunity would you choose to shoot in Malta again? Kirsi wieġbet: Of course, it’s a lovely country and lovely people.”

Il-produzzjoni ttellgħet b’investiment ta’ €600,000 u l-Kummissarju għall-Films Johann Grech sostna li Malta qed tattira produzzjonijiet minn parti rokna tad-dinja.

Is-Sur Grech fisser: “Din hija t-tielet waħda din is-sena. Kellna waħda Amerikana, t-tieni waħda kienet, Belġjana u Ġermaniża u din id-darba minn Finland. Jiġifieri Malta qed tkompli tattira produzzjonijiet minn kull post tad-dinja permezz tal-inċentiv li qed nagħtu, permezz ta’ locations li Malta, permezz din id-darba tal-water tanks li huma uniċi fl-Ewropa u jien ninsab għal darb’oħra ottimist li din is-sena se tkun sena ta’ suċċess, aktar mis-snin ta’ qabel.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend