Naqas in-numru ta’ każijiet ġodda tal-Coronavirus fiċ-Ċina – One News

Notifiki

Naqas in-numru ta’ każijiet ġodda tal-Coronavirus fiċ-Ċina

Iċ-Ċina ħabbret tnaqqis ta’ każijiet ġodda tal-Coronavirus għat-tielet jum konsekuttiv. Intant, kmieni dalgħodu l-awtoritajiet Ċiniżi ħabbru 2,900 każijiet ġodda u 142 imwiet oħra madwar il-pajjiż kollu.

S’issa, b’kollox ġew infettati 68,000 persuna fiċ-Ċina, b’1,665 persuna tilfu ħajjithom kawża ta’ dan il-virus. Filwaqt li 500 każ huma rrapurtati fi 30 pajjiż, b’erba’ persuni jitilfu ħajjithom fi Franza, Hong Kong, il-Filippini u l-Ġappun.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ċiniż, Wang Yi qal li dan it-tnaqqis ifisser li b’mod ġenerali l-epidemija qed tkun ikontrollata. Huwa qal qed isiru sforzi ta’ prevenzjoni min-naħa taċ-Ċina biex dan il-virus ikun ikontrollat. L-Għaqda Dinjija għas-Saħħa, l-WHO faħħret il-mod ta’ kontroll li qed taħdem bih iċ-Ċina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend