Jittrippla n-numru ta’ benefiċjarji tal-‘Get Qualified Scheme’ – One News

Notifiki

Jittrippla n-numru ta’ benefiċjarji tal-‘Get Qualified Scheme’


Bejn l-2013 u l-2019 madwar €24 miljun f’krediti tat-taxxa ingħataw lura lil 9,360 benefiċjarju grazzi għall-iskema Get Qualified li tgħid biex persuna tikseb ħiliet u kwalifiki.

In-numru ta’ benefiċjajri trippla meta mqabbel mal-perjodu ta’ bejn l-2006 u l-2012, fejn kien hemm ftit aktar minn 3,700 benefiċjarju li bejniethom ingħataw madwar 11–il miljun u ħames mitt elf ewro.

Din l-iskema tal-Malta Enterprise, amministrata mill-Ministeru għall-edukazzjoni u x-Xogħol permezz tal-Kunsill Nazzojnali tal-Ħiliet, hija applikabbli wara kors ta’ studji li jwassal għal korsijiet ta’ ċertifikazzjoni, diploma, grad jew post-gradwat. Mat-tlestija b’suċċess tal-kors, l-istudent jibbenefika minn kreditu ta’ taxxa biex jirkupraw parti mill-ispejjeż li jsiru.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li din l-iskema tgħin lill-istudenti jkomplu l-istudji u jwittu t-triq għal karriera sostenibbli.

L-Onor. Bonnici stqarr: “Qed naraw li din l-iskema qed jeħduha iktar u iktar persuni, hawnhekk qed nitkellmu fuq nies li aħna qed inħeġġuhom biex ikomplu jitħarġu, ikomplu jitgħalmu, ikomplu jieħdu kwalifiki biex ikomplu jimxu ‘l quddiem fil-karriera tagħhom u magħhom ikompli jimxi l-quddiem pajjiżna. B’dawn it-tip ta’ skemi jiena konvint li se jsir ħafna ġid fil-familji tagħna għaliex qed ikomplu insaħħu r-riżorsi umani li għandna f’pajjiżna.”

Il-Ministru ghall-Ekonomija Silvio Schembri qal li fl-isfond tas-suċċess ekonomiku ta’ pajjiżna huwa kruċjali  li l-Gvern jibqa’ jinvesti fil-ħiliet tal-ħaddiema. Żied jgħid li l-Gvern se jibqa’ jsaħħaħ skemi eżistenti u fejn meħtieġ jiġu introdotti skemi oħrajn ġodda sabiex jinħolqu aktar opportunitajiet simili.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend