Austin Gatt jinsulenta lil Adrian Delia fil-festa ta’ San Pawl – One News

Notifiki

Austin Gatt jinsulenta lil Adrian Delia fil-festa ta’ San Pawl


L-eks Ministru Nazzjonalista Austin Gatt, allegatament spiċċa jinsulenta lill-kap nazzjonalista Adrian Delia fil-festa ta’ San Pawl.

Żvelat dan il-gazzetta Kullħadd li spjegat li kif hekk kif intemm il-marċ ta’ wara nofsinhar, fejn kulħadd kien f’atmosfera brijuża barra, kien hemm min innota inċident li nqala’ bejn il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u l-Eks Ministru Austin Gatt.

Sorsi li tkellmu mal-kullħadd qalu li kif Delia resaq biex jieħu b’idejn Gatt fi Triq Santa Luċija quddiem ħanut partikolari u fil-preżenza ta’ bosta persuni, l-eks Ministru kien pront jinsulentah f’wiċċu u ma ħadlux b’idejh.

Żied jingħad li l-festa, magħrufa li tattira diversi Nazzjonalisti, inkluż eks Ministri u deputati attwali, għandha xorti li ma ratx kommossjoni ferm akbar jew inkella ġlied fil-veru sens tal-kelma.

“Alla ried li ma kienx hemm xi erbgħa rashom sħuna ma’ Delia, għax kienet tagħqad sew,” komplew is-sorsi tal-gazzetta Kullħadd.

Austin Gatt għadu influwenti ferm fil-Partit Nazzjonalista.

Dan għax Gatt prattikament għandu sieq fil-Grupp   Parlamentari bl-Eks Segretarju Privat tiegħu Claudio Grech u sieq oħra ma’ ta’ Repubblika, immexxija mill-Eks Kap tas-segretarjat tiegħu Manuel Delia.

F’laqgħat sigrieti li kellu mal-Grupp Parlamentari, Claudio Grech ippreżenta l-viżjoni tiegħu kieku kellu jsir Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Huwa qed jipproponi biex il-Partit Nazzjonalista jżarma l-midja tiegħu u minflok ikollhom blog, bħal dak ta’ sieħbu Manuel Delia.

Claudio Grech, iffirma wkoll stqarrija li fiha Adrian Delia ntalab jirriżenja minn Kap Nazzjonalista.

Iżda Grech ma jgawdix  il-fiduċja ta’ kulħadd, kif xehdu dawk li kienu fil-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista l-ġimgħa li għaddiet meta l-Viċi Kap uxxenti Robert Arrigo fetaħ attakk fuq Claudio Grech u għajru li hu qatt ma għamel xejn għall-Partit Nazzjonalista.

Arrigo fakkru wkoll li l-imgħallem tiegħu, b’referenza għal Austin Gatt, ried joqtlu bil-ġuħ meta bħala Ministru responsabbli mill-Air Malta kien ħassar kuntratt li Robert Arrigo kien rebaħ dak iż-żmien.

Tant kien taħt pressjoni waqt il-laqgħa tal-Eżekuttiv li Grech wasal biex ċaħad lil Austin Gatt quddiem sala mdaqqsa.

Biex jipprova jinħeles mir-rabta ma’ Gatt, Claudio Grech qal lil dawk preżenti; “I am my own man”, waqt li staqsa “issa se tikkastigawni għax jien kont ma’ Austin?”  Sorsi tal-gazzetta qalu li dak il-kliem kien referenza ċara għall-ambizzjonijiet tiegħu li jsir Kap Nazzjonalista flok Adrian Delia.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Austin Gatt – l-aktar Membru tal-Parlament korrott li qatt rat Malta. Pero’ dan kellu don kbir, li kien jaf minn fejn jghaddi u kif jghatti xturu biex dejjem jinxtamm ifuh.

Leave a Reply to Paul Portelli Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend