Notifiki

Ser iħawlu siġra għal kull impjegat

Il-kumpanija tal-gaming Betsson se tkun qed tħawwel 1,650 siġra u ambruxxell dan wara li daħħlet fi sħab mas-Saġġar sabiex jinżirgħu miljun siġra u arbuxxell madwar Malta u Għawdex. L-Għan tas-Saġġar li hija parti mill-Fondazzjoni QLZH, huwa li tkompli ttejjeb l-ambjent ta’ madwarna.

Il-kumpanija Betsson, li hija l-ewwel kumpanija fis-settur tal-gaming li ssieħbet f’din l-inizjattiva, għażlet li minflok tati rigal għal Milied lill-impjegati tagħha, tħawwel siġar u arbuxxell sabiex tati s-sehem tagħha fit-tisħiħ tal-ambjent f’Malta.

ONE News tkellem ma’ Kristian Saliba, il-Kap tal-Finanzi tal-kumpanija fejn spjegalna l-idea wara din is-sħubija.

Stqarr, “Bħala ġest lejn pajjiżna ħassejna l-bżonn li nagħmlu xi ħaġa aktar mis-soltu. Din is-sena ddeċidejna li nkunu inovattivi u ddeċidejna li nagħmlu dan il-proġett u tajna din id-donazzjoni sabiħa li forsi biha nagħmlu s-siġar ma’ Malta.”

Il-kumpanija li ilha 15-il sena topera f’Malta qalet li dan il-pass se jwassal biex jitjieb l-ambjent u l-klima f’Malta permezz tas-siġar li joffru arja friska u xenarju pjaċevoli. Iżda, l-kumpanija tmur lil hinn minn hekk. Fil-fatt Kristian Saliba spejgalna miżuri oħra li qed tħaddem il-kumpanija Betsson biex tkompli tħares l-ambjent.

Kompla jgħid, “Bħalissa wkoll ħadna miżura li pereżempju ma nużawx aktar plastik u anke fuq waste management u affarijiet hekk. Il-kultura barranija hija diġà orjentata fuq dawn l-affarijiet u peress li kumpanija barranija u aħna l-Maltin qed insiru aktar konxji fuq dawn l-affarijiet tkun easy għalina biex nimplimentaw dawn il-miżuri.”

Il-pjanti se jkunu mħawwla fi żmien sentejn, iżda f’dan il-perjodu l-ħaddiema tal-kumpanija se jkunu qed jieħdu ħsieb it-tkabbir tal-pjanti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend