one.com.mt jista’ jiżvela li Ċensu Galea se jkun il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.Huwa ġie approvat mill-Eżekuttiv Nazzjonalista fil-laqgħa ta’ dalgħodu.
Ċensu Galea huwa esponent tal-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u kien ikkontesta kontra Kristy Debono għall-kariga ta’ President tal-Kunsill Ġenerali.
B’Adrian Delia sabiex isalva postu bħala Kap, qiegħed ikun ostaġġ tal-fazzjoni Busuttil u jagħti karigi lin-nies ta’ Busuttil.